
Arnold Cassola twieled Tas-Sliema. Huwa professur (Associate Professor) tal-letteratura komparata fl-Università ta’ Malta. Għallem fl-Università ta’ Katanja (1981-83) u ‘La Sapienza’ ta’ Ruma(1983-88). Fl-1999 ġie elett Segretarju Ġenerali tal-European Green Party. Fl-2003 ġie onorat mir-Repubblika Taljana bl-unur Cavaliere della Repubblica Italiana għall-ħidma kulturali u r-relazzjonijiet bejn l-Italja u Malta.Arnold Cassola kiteb diversi kotba fuq l-istorja, l-letteratura u l-kultura Maltija kif ukoll kotba fuq il-politika ekoloġista f’Malta u fl-Ewropa. Kiteb diversi artikli akkademiċi. Studja u ħadem fl-Italja, il-Belġju u l-Isvizzera, apparti f’Malta.
<










jiena luke caruana mil mellieha u nemmen hafna fil politika tiek specjalment fl ambjent fejn fir rahal tie tara postijiet mitluqin u sahansitra manipulati min nies fil poter li kapaci anke jipperswadu lil awtoritajiet biex jibnu fpostijiet mhux appropjati. ghal daqs tant jien adni student fl MCAST art & design u nixtieq nkun naf aktar xtoffri l-a.d. al student li jixtieq jkompli l situdji tieghu aktar fil fond.
Ghaziz Luke,
Skuzani li qed nwiegbek tard.
Ghandek ragun li f’malta hawn postijiet mitluqa u zdingati.
Hawn ukoll hela ta’ rizorsi naturali kbar ghaliex ghandna l-mania li nibnu kullimkien.
Pajjizna zghir wisq. Il-bini jrid jinbena b’mod razzjonali u sostenibbli …..skond ic-cokon ta’ pajjizna.
F’dawn id-19-il sena Alternattiva Demokratika wasslet il-messagg li ma nistghux inkomplu bir-ritmu ta’ bini f’pajjizna.
U nies bhalek ghandhom rwol importanti Luke, ghax tistghu ukoll taghtu kontribut siewi biex f’pajjizna jidhol kuncett estetiku u planning serju ghall-efficjenza energetika fil-bini ta’ pajjizna.
Grazzi u tislijiet,
arnold